Lejlet il-finali tal-BOV Challenge Cup, l-ewwel edizzjoni tagħha ta’ kompetizzjoni organizzata mill-MFA, l-istennija mill-partitarji taż-żewġ timijiet finalisti rispettivi hija waħda kbira. Iċ-champions taċ-Challenge League għal dan l-istaġun u wieħed miż-żewġ timijiet promossi għall-Malta Premier tal-istaġun li ġej, Valletta se jkunu qed jaspiraw għar-rebħ tad-double, fl-uniku staġun tagħhom fl-istorja fejn sal-lum ma lagħbux mal-kbar tal-futbol Malti.
L-avversarji ta’ Valletta se jkunu Pietá Hotspurs, li fil-klassifika finali taċ-Challenge League, huma temmew fir-raba’ post, u fallew il-promozzjoni għal erba’ punti. Il-Hotspurs, immexxija mill-kowċ Manuel Caruana, eliminaw lit-tieni tim li kien promoss dan l-istaġun għall-Malta Premier tal-istaġun li ġej, Tarxien Rainbows. Fis-semi-finali ta’ nhar il-Ħamis li għadda, Pietá Hotspurs rebħu 2-1 kontra r-Rainbows.
Valletta kellhom jitħabtu mhux ftit biex għamluha għall-finali ta’ għada, meta fis-semi-finali ta’ nhar il-Ħamis li għadda, huma rebħu bl-aktar mod drammatiku bl-iskor ta’ 3-2 kontra Żurrieq. Valletta skorjaw l-ewwel fil-logħba, iżda dawwru telfa f’rebħa biex għaddew għall-finali u qed jittamaw li jtemmu dan l-istaġun pożittiv bir-rebħ tat-tieni kompetizzjoni.
Il-finali ta’ għada se tintlagħab fl-Istadium taċ-Ċentinarju, f’Ta’Qali, fl-4pm u mistennija tkun milgħuba quddiem attendenza kbira, b’konkorenza tajba mill-partitarji taż-żewġ naħat.
//= $special ?>