Futbol Sport

Għada Liverpool punt il-bogħod milli jirbħu l-20 Premier League fl-istorja

(Ritratt: EPA)

Liverpool jinsabu punt il-bogħod mir-rebħ tal-20 Premier League, biex isiru l-iżjed tim li rebħu Premier Leagues fl-istorja flimkien ma’ Manchester United. Ir-Reds se jaffrontaw lil Tottenham Hotspur, tim li minkejja l-istaġun diżastruż li kellhu, għandhom ħafna plejers ta kwalità u qed iffitxu li jakkumulaw il-punti biex ma jkollhomx l-agħar staġun tagħhom fil-Premier League fl-aħħar 15-il sena. Barra minnhekk Spurs qed jippreparaw għall-ewwel league tass-semi finali tal-UEFA Europa League kontra Bodo/Glimt fit-8 ta’ Mejju, fattur importanti li jaf jinfluwenza min ikun magħżul mal-ewwel ħdax. Il-partita se tintlagħab għada ffil-5:30pm. Manchester United, it-tim l-ieħor mill-Ingilterra li jinsab fis-semi finali tal-Europa League, ukoll se jilagħab il-Ħadd kontra Bournemouth, fit-3:00pm.

Illum sensiela ta’ partiti mil-34 ġurnata li jafu jkun detterminanti għal min jispiċċa mal-ewwel ħamsa u jitħol fil-UCL, hekk kif din is-sena ħames timijiet se jikkwalifikaw għaċ-Champions League.

L-ewwel logħba tal-lum tkun bejn Chelsea u Everton f’ Stamford Bridge fis-1:30pm, bil-Blues jirrikjedu t-tlett punti biex iżommu t-tammiet taċ-Champions League ħajjien. Chelsea jinsabu ukoll fil-UEFA Conference League u se jilagħbu s-semi finali l-Ħamis li ġej kontra Djurgarden.

Fl-4:00pm numru ta’ partiti – Brighton kontra West Ham United u Southampton u Fulham huma żewġ logħbiet li ma jfissrux ħafna hekk kif l-ebda tim ma jista jikkwalifika għall-Ewropa, kif ukoll l-ebda tim ma jista’ jiġi relagat. Madankollu Fulham u Brighton jaqbilhom jagħtu l-massimu għal dawn l-aħħar 5 partiti, hekk kif iktar ma jispiċċaw il-fuq fil-klassifka, iktar ikollhom ċans jikkwalifikaw għall-Ewropa mill-postijiet miksubin mit-Tazzi domestiċi u minn kompetizzjonijiet Ewropej, jekk jintrebħu mit-timijiet Ingliżi. Wolves u Leicesetr City hija partita li l-ebda tim ma jista’ jikseb xejn minnha, b’ Wolves jittamaw li jkomplu l-forma tajba tagħhom taħt il-kowċ Vitor Pereira, hekk kif ir-rebħa kontra Manchester United il-ġimgħa li għaddiet kiene til-ħames waħda infila.

Newcastle United United b’partita relattivament faċli kontra Ipswich Town li minkejja l-ġlieda tajba li taw, huma diġa relagati għaċ-Championship. Il-Magpies jinsabu fil-ħames post b’59 punt wara 33 logħba, u rebħa llum taf tressaqhom għar-ritorn fiċ-Champions League wara sena nuqqas.

Illum
Chelsea v Everton 1:30pm
Brighton v West Ham U. 4:00pm
Newcastle U. v I.Town 4:00pm
Wolves v Leicester C. 4:00pm
Għada
Bournemouth v Man. U. 3:00pm
Liverpool v Tottenham 5:30pm