Hibernians u Mġarr United huma ż-żewġ timijiet li se jilagħbu fil-finali tal-Assikura Women’s Knock-Out meta għelbu lil San Gwann u lil Lija rispettivament.
Hibernians kisbu rebħa ta’ 3-0 fuq San Gwann. Kienet Alexis Veronica Espitia li fetħet l-iskor fid-29 minuta. Martin Borg għamlithom 2-0 fis-67 minuta qabel ma Joelma Alves Gabriel għamlithom 3-0 fit-73 minuta.
Rebħa kbira minn naħa l-oħra għal Mġarr United meta għelbu lil Lija Athletic bl-iskor kbir ta’ 8-0. Il-gowls ta’ Mġarr kienu skorjat minn Yanina Ayelen Mendez, Rebecca Bajada, Yulya Carella, Abigail Camilleri, doppjetta ta’ Maria Luz Hernandez, awto-gowl ta’ Nell Zarb Cousin u Valeria Villegas Caly.
