Lokali

Il-Papa umli u ta’ sempliċità: Jindifen f’tebut sempliċi liebes żarbun b’marki ta’ grif

Il-preżenza ta’ dawk il-mijiet tal-eluf kienet prova ta’ kemm il-Papa Franġisku kien persuna maħbuba fost is-sempliċità li ġar miegħu sal-aħħar mumenti tiegħu.

Kien Papa umli u li dejjem insista li jgħix ħajja sempliċi anke meta ħa l-irwol tal-Kap tal-Knisja Kattolika.

Iżda, jekk qatt wieħed kellu dubju ta’ dan, ir-ritratti li ħarġu tat-tebut espost għall-pubbliku tal-Papa Franġisku kienu prova ċara.

Ix-xewqa ta’ Franġisku dejjem kienet li jkollu funeral mill-iktar sempliċi, u t-tebut ma kellu xejn speċjali lanqas. B’dawk li żaruh meta kien espost fl-aħħar jiem ġibdilhom l-attenzjoni ż-żarbun li ġie mlibbes – par pjuttost komuni, iżda mhux biss.

Iż-żarbun mhuwiex par ġdid iżda jidher biċ-ċar li ntlibes mill-Papa kemm-il darba qabel indifen bih. Ritratti li nxterdu juru t-tarf tiegħu b’marki ta’ grif u daqqiet żgħar.

Par żarbun simbolu tal-ħajja sempliċi tiegħu.