Internazzjonali

Il-Papa Franġisku jindifen fil-Bażilika ta’ Santa Maria Maggiore

It-tebut tal-Papa Franġisku se jkun disponibli għall-pubbliku minn għada filgħodu.

Tibda funzjoni privata fil-Bażilika ta’ Santa Maria Maggiore f’Ruma.

‘Grazzi Franġisku”, hija din l-għajta tal-folla miġbura lejn dan il-Papa li mhux se jkun qed jindifen fil-Vatikan. L-aħħar Papa li ma ndifinx il-Vatikan kien Leo XIII.

It-tebut tal-Papa Franġisku jasal fid-destinazzjoni finali: Il-Knisja ta’ Santa Maria Maggiore f’Ruma, fejn bosta persuni minn madwar id-dinja inġabru f’ambjent ta’ riflessjoni.

It-toroq ta’ fejn il-Colosseum u lil hinn huma ppakjati bin-nies li qed isellmu għall-aħħar darba lil Papa Franġisku.

Il-Korteo wasal Pjazza Venezia.

Il-Vatikan ikkonferma wkoll li iktar minn 250,000 persuna attendiet għal funeral ta’ Papa Franġisku fi Pjazza San Pietru.

It-tebut tal-Papa Franġsiku qiegħed f’popemobile adattat, u minn kull fejn qiegħed jgħaddi il-folla tan-nies qed iċċapċap.

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump flimkien mal-mara tiegħu Melania Trump telqu mil-Vatikan.

It-tebut tal-Papa Franġisku issa beda triqtu lejn il-Knisja ta’ Maria Maggiore f’Ruma fejn se jkun qed jindifen. il-Korteo se jkun qed jgħaddi miċ-ċentru ta’ Ruma lejn Pjazza Venezia, kif ukoll minn fejn il-Colosseum.