Lokali

NET TV u NET FM b’xandira speċjali fil-jum tal-funeral tal-Papa Franġisku

Bħalissa NET Television u NET FM qed ixandru programm speċjali fil-jum tal-funeral tal-Papa Franġisku.

Dan il-programm jinkludi intervisti ma’ persuni li kellhom ix-xorti jiltaqgħu mal-Papa u anke kollegamenti diretti mal-kollegi Francesco Catania u Ramon Farrugia u saħansitra ma’ qassis Għawdxi, Franklin Micallef li jinsabu propju fil-belt tal-Vatikan, apparti kummentarju li se jkun qed jispjega dak li se jseħħ waqt il-funeral.

Ritratti: Catriel Farrugia Sghendo

Net News se jkun qed isegwi l-aħħar żviluppi biex jgħaddulkom dak li qed iseħħ fi Pjazza San Pietru, fil-Vatikan sakemm fl-aħħar isir il-korteo lejn il-Bażilika ta’ Santa Maria Maggiore fejn se jkun qed jindifen, fuq ix-xewqa tiegħu.

Il-funeral se jibda fl-10am fejn għalih mistennija jattendu madwar 200,000 fidil u delegazzjonijiet minn 170 pajjiż differenti. B’diversi persuni għażlu li jqattgħu l-lejl fuq barra sabiex ikunu minn tal-ewwel li jidħlu fil-Pjazza sabiex isellmulu għall-aħħar darba qabel jindifen.