Indjan ta’ 26 sena, resident l-Furjana, għal xi l-għaxra tal-bieraħ filgħaxija, ttieħed l-Isptar Mater Dei wara li weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq Kordin, Raħal Ġdid.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel kien qiegħed isuq mutur tal-għamla Hyosung Karion, tilef
il-kontroll u waqa’.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, fejn imbagħad ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li
weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>