Bosta kienu dawk li sa minn kmieni filgħodu mxew lejn Via Della Conciliazione sabiex ikunu minn tal-ewwel fi Pjazza San Pietru bil-għan li jagħtu l-aħħar tislima lill-Papa Franġisku.
Net News kien preżenti fil-Vatikan fejn iltaqa’ ma’ nies minn ta’ kull età u nazzjon – uħud jiddeskrivu t-tjubija tal-Papa…
..oħrajn konxji tal-fatt li qed jgħixu l-istorja quddiem għajnejhom.
L-atmosfera tista’ tgħid kienet waħda elettrika; b’akar minn 240,000 persuna preżenti, inkluż ‘il fuq minn 2,000 membru tal-media. Oħrajn fil-Pjazza segwew iċ-ċelebrazzjoni fuq l-iscreens imtellgħa għall-okkażjoni waqt li kienu qed jikkumbattu l-elementi tax-xemx u sħana wara t-temp mill-isbaħ li ħareġ.
Net News tkellem ukoll ma persuna li proprju kienet fi Pjazza San Pietru fil-jum tal-Għid, l-aħħar darba li Papa Franġisku ltaqa’ mal-pellegrini, ftit tas-sigħat biss qabel mewtu…u issa sitt ijiem wara kien proprju qed jattendi għal funeral tiegħu, fi kliemu stess – xokk li ma setgħax jesprimih.
L-aktar li spikkat f’dawn il-jiem kienet il-preżenza qawwija ta’ eluf ta’ żgħażagħ minn madwar id-dinja – fejn min jisħaq dwar il-kuraġġ li wieħed qed jagħmel għaliex qed jara din il-parteċipazzjoni żgħażugħa kollha.
Net News iltaqa’ proprju wkoll ma numru ta’ studenti mill-Iskola St. Joseph f’Raħal Ġdid fejn tkellmu dwar l-esperjenza tagħhom kif ukoll dwar x’jaħsbu dwar Papa Franġisku.
Fi tmiem iċ-ċerimonja, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech saħaq li l-eluf li nġabru fi Pjazza San Pietru urew kemm dan il-Papa kien maħbub b’għajnejn id-dinja josservaw lill-Vatikan issa li l-Knisja tinsab f’salib it-toroq.
//= $special ?>