Lokali

Roberta Metsola tingħaqad mal-miljuni ta’ nies li qed isellmu l-memorja tal-Papa Franġisku

“Ningħaqad mal-miljuni ta’ nies madwar id-dinja li qed isellmu l-memorja ta’ Papa Franġisku” – Roberta Metsola, l-President tal-Unjoni Ewropea b’messaġġ hekk kif id-dinja tagħti l-aħħar tislima lil Papa Franġisku, missier il-Knisja Kattolika.

“Illum nistgħu napprezzaw kif anke wara mewtu, kien kapaċi jgħaqqad. Filfatt kien hawn għexieren ta’ mexxejja minn madwar id-dinja li inġabru biex isellmu lil Papa tan-Nies. 

Dan kien Papa li poġġa l-umanità’ u l-paċi fiċ-ċentru tax-xogħol tiegħu ta’ dak kollu li għamel. Kien ġie l-Parlament Ewropew ftit iżjed minn għaxar snin ilu, u kien għaqqad il-Parlament meta qalilna li m’għandna qatt inħallu it-traġedji, dak iż-żmien kellna kriżi fejn diversi persuni li kienu qed jippruvaw jaqsmu lejn l-Ewropa kienu qed jispiċċaw imutu fil-Mediterran, iwassluna biex inħarsu lil hinn mil-valur tal-ħajja, mill-valur politiku u tal-umanità’. U dan kien ukoll il-qofol tal-konverżazzjoni twila, kważi 40 minuta, li kelli miegħu f’Ottubru li għadda, fejn kien kurjuż il-ħidma li qed issir fil-Parlament Ewropew. Kellu tħassib dwar il-fatt li d-dinja għaddejja minn perjodu diffiċli. Imma irrid insemmi kif f’dak kollu li għamel, hina id-daħka fuq wiċċu li se tibqa’ ttimbrata fil-memorja ta’ kulħadd. 

Kien unur u privileġġ li iltqajt miegħu; tkellimna bit-Taljan u kellna diskussjoni informali ħafna, tkellimna fuq il-paċi, l-umanità’, l-irwol tan-nisa fil-politika. Saqsieni dwar it-tfal u kif nibbilanċja bejn il-familja u x-xogħol. Dawk il-minuti se jibqgħu mnaqqxa f’qalbi għax kelli quddiemi qaddis.”