Splużjoni kbira fil-port tal-belt ta’ Bandar Abbas ħalla tal-anqas 500 persuna feruta….fejn skont il-midja lokali, din l-isplużjoni seħħet kmieni s-Sibt filgħodu.
L-isplużjoni, li bdiet minn nar f’kontenituri li qed jaħżen materjali fjammabli, kkaġuna ħsarat kbar, inkluż ħsarat lejn il-bini ta’ ħġieġ ta’ uffiċini li jinsabu fil-qrib, u fejn ankè ċeda is-saqaf ta’ binja.
Intant, s’issa għadhom ma ġewx irrapurtati xi fatalitajiet ,iżda filmati online juru nies midruba fit-toroq, u hemm rapporti li qed jindikaw li xi persuni għandhom maqbuda taħt it-terrapien.
Din l-isplużjoni ħalliet sħab iswed kbir fuq din il-belt, fejn jidher li l-ekwipaġġ tas-salvataġġ għaddejjin bi ħdimna sabiex jsalvaw il-persuni maqbuda.
Skont uffiċjali, l-isplużjoni kienet ikkawżata minn xi ħruq ta’ diversi kontenituri b’materjali kimiċi.
//= $special ?>