Lokali

Twaħħil taċ-ċrieket tal-għasafar fis-Salini

Accept Analitiċi cookies to view the content.

Matul Sibt xemxi u rebbiegħi, bosta familji, anzjani u turisti setgħu jsegwu l-proċess tat-twaħħil taċ-ċrieket tal-għasafar fir-Riserva Naturali tas-Simar fis-Salina… attività li ġiet imtella’ mill-Birdlife Malta.

Net News kien preżenti għal din l-attività, fejn tkellimna ma’ Mark Gauci, li huwa wieħed mill-uffiċjali ta’ Birdlife Malta. Huwa spjega l-għan u s-sinifikat ta’ din l-esperejnza.

F’kummenti li ta’ lil dan l-istazzjon, Mark Gauci tkellem ukoll fuq il-varjetà ta’ għasafar li jibdew triqithom mill-Afrika, u li eventwalment javvanzaw fl-Ewropa.

Dawk preżenti setgħu jaraw speċi differenti ta’ għasafar fosthom Vjolin Hadran u ż-Żanżarell Iswed, b’dimonstrazzjonijiet minn esperti b’rabta ma’ dan il-proċess ta’ twaħħil taċ-ċrieket.

Din l-attività tifforma parti minn proġett ta’ riċerka li l-Birdlife qiegħda twettaq biex tiġbor informazzjoni dwar l-għasafar.