Internazzjonali

Virginia Giuffre tmut fl-età ta’ 41 sena

Virginia Giuffre, il-mara li akkużat lil Amerikan Jeffrey Epstein u lill-Prinċep Andrew fuq akkużi ta’ abbuż sesswali mietet f’darha fl-Awstrajla

Hi kellha 41 sena.

Din l-aħbar traġika ikkonfermatu l-familja tagħha fi stqarrija pubblika, fejn qalu li tul ħajjitha sofriet konsegwenzi serji ta’ abbuż u traffikar sesswali li komplew jħallu effetti kbir fuq ħajjitha.

Guiffre kienet akkużat lil Epstein li sfruttaha bħala skjava sesswali, u sosniet li kellha relazzjoni sesswali mal-Prinċep Andrew meta kienet għadha minorenni.

Il-Prinċep Andrew dejjem ċaħad dawn l-akkużi iżda evita l-proċess tal-Qorti billi ħallas kumpens ta’ miljuni ta’ dollari.

Skont il-Pulizija Awstraljana, Giuffre nstabet mejta f’darha fit-Tramuntana ta’ Perth, u l-investigazzjonijiet indikaw li mewtha ma kienetx suspettuża.

Hi ukoll kienet involuta f’inċident bil-karozza ftit tax-xhur ilu, u kienet qed taffaċċja problemi personali relatati ma’ tilwmin mal-eks raġel tagħha.