Futbol Sport

Wrexham jiktbu l-istorja fl-Ingilterra, jiksbu t-tielet promozzjoni konsekuttiva

It-tim minn Wales Wrexham kiteb l-istorja fil-futbol Ingliż meta kiseb it-tielet promozzjoni konsekuttiva min National League għaċ-Championship.

Huma għamlu dan meta għelbu lil Charlton Athletic 3-0 u b’hekk se jkunu qed jirritornaw fiċ-Championship wara nuqqas ta’ 43 sena. It-tim ta’ Wrexham huwa mmexxi mill-istilel ta’ Holloywood Ryan Reynolds u Rob McElhenney fejn minn meta ħadu f’idejhom it-tmexxija tat-tim irnexxielhom jibnu skwadra kompetittiva.