Il-President Ukren Volodymyr Zelenskyy, is-Sibt filgħodu, kellu laqgħa ta’ 15-il minuta mal-President Amerikan Donald Trump f’Ruma fl-ewwel laqgħa taż-żewġ mexxejja wara l-laqgħa meqjusa bħala waħda diżastruża li kellhom fil-White House fi Frar illi għadda.
Trump u Zelenskyy jinsabu f’Ruma biex jattendu l-funeral tal-Papa Franġisku. Il-laqgħa tagħhom saret qabel ma beda l-funeral.
Il-kelliem għal Zelenskyy, Sergii Nykyforov qal li l-laqgħa saret fil-Bażilika ta’ San Pietru u damet madwar 15-il minuta.
Il-White House qisitha bħala “diskussjoni produttiva ħafna” filwaqt li uffiċjal għall-Ukrajna qal li ż-żewġ mexxejja kapaċi jerġgħu jiltaqgħu aktar tard illum.
Trump u Zelenskyy, f’ħin minnhom, ngħaqdu mill-Prim Ministru tar-Renju Unit, Keir Starmer u mill-President Franċiż, Emmanuel Macron f’diskussjoni qasira.
Trump, tard il-Ġimgħa, qal li Kyiv u Moska “huma qrib ħafna ta’ ftehim” dwar waqfien mill-ġlied fil-kunflitt tal-Ukrajna.
//= $special ?>