Internazzjonali

Bosta mejta wara li vann saq għal fuq in-nies fil-Kanada

Diversi nies mejta wara li vettura saqet għal fuq in-nies li kienu qiegħdin f’festival fit-toroq ta’ Vancouver, fil-Kanada, li kien qed jittella’ mill-komunità Filippina is-Sibt filgħaxija.

Dan l-inċident traġiku seħħ wara li l-karozza ta’ tip SUV saqet b’veloċità kbira min-nofs il-folla, b’bosta jisħqu li raw xeni koroh ta’ nies litteralment itiru fl-arja.

Intant il-Pulizija ta’ Vancouver kkonfermat li s-sewwieq ta’ 30 sena jinsab taħt arrest, dan apparti li kkonfermaw li apparti l-mejtin hemm bosta nies midruba.