Fl-avveniment ewlieni fis-serata ta’ boxing li saret is-Sibt filgħaxija fit-Tottenham Hotspur Stadium, Chris Eubank Jr għeleb lil Connor Benn fil-ġlieda middleweight, b’ Eubank jispiċċa jinżamm l-isptar. Hija proċedura normali li wara ġlieda l-boxers jiddaħlu l-isptar iżda jidher li Eubank kellu jinżamm aktar għal osservazzjoni.
Il-promotur Ben Shalom qal li Eubank jinsab tajjeb u qed jistrieħ filwaqt li nnega l-aħbarijiet li deheru fil-midja internazzjonli li kiser ix-xedaq. Fl-2016 Nick Blackwell kien tpoġġa f’coma wara ġlieda mal-istess Eubank.
It-tliet ġurija qablu fil-punteġġ tagħhom ta’ 116-112 favur Eubank.
//= $special ?>