Lokali

Eluf iżuru l-qabar tal-Papa Franġisku f’Santa Maria Maggiore

Sa minn qabel is-7am, in-nies inġabru fil-qalba ta’ Ruma sabiex isellmu lill-Papa Franġisku fil-post fejn indifen fil-Bażilika ta’ Santa Maria Maggiore.

Mijiet ta’ familji, pellegrini, u reliġjużi inġabru fi kju twil sabiex jidħlu fil-Bażilika. Fosthom, kien hemm ukoll ammont kbir ta’ żgħażagħ u adoloxxenti li jinsabu f’Ruma għall-Ġublew – dan hekk kif illum kellha ssir iċ-ċelebrazzjoni tal-kanonizzazjoni ta’ Carlo Acutis.

Il-Papa indifen ilbieraħ wara nofsinhar wara l-funeral fi Pjazza San Pietru.

Id-difna ta’ Bergoglio saret b’mod privat.