Futbol Sport

Finali tal-FA Cup bejn Crystal Palace u Manchester City, wara li City rebħu kontra Nottingham Forest

(Ritratt: EPA)

Se tkun finali bejn Crystal Palace u Manchester City sabiex ikun deċiż minn se jirbaħ l-FA Cup dan l-istaġun wara li Manchester City għelbu lil Nottingham Forest 2-0.

Għal Manchester City dan se jkun ċans tajjeb sabiex ipattu ftit għall-istaġun negattiv li kellhom. Kien bidu mill-aqwa għat-tim ta’ Pep Guardiola meta wara biss żewġ minuti kien Rico Lewis li b’xutt fil-baxx għeleb lil Matz Sels. Manchester City kien l-aħjar tim matul il-partita u prattikament għalqu l-kofront fil-51 minuta permezz ta’ Josko Gvardiol.