Sport Sport Ieħor

Floralyse D’Authou bl-ewwel rebħa fil-finali Gold

minn Kenneth Vella

L-aktar tiġrija mistennija li saret il-Ħadd waranofsinhar fil-Marsa kienet il-finali tal-kampjonat Bavaria riservata għal żwiemel tal-klassi Gold fuq distanza twila ta’ 2640m. Din għamlet parti mit-tmintax-il laqgħa tal-istaġun fuq għaxar tiġrijiet kollha tat-trott u ntrebħet mill-Franċiża Floralyse D’Authou misjuqa minn wieħed mis-sidien tagħha Michael Grech.  

Tnax-il żiemel ħadu sehem fil-finali tal-klassi Gold. Cruise (Paul Galea) kien l-aktar wieħed veloċi matul l-ewwel metri tat-tiġrija u dan fetaħ vantaġġ żgħir minn Dynamit Life (Kerstin Galea) u Floralyse D’Authou (Michael Grech). Madankollu fl-aħħar metri Cruise beda jnaqqas mill-ġiri u eventwalment il-finali żviluppat fi dwell eċċitanti fid-dritta finali  bejn Floralyse D’Authou u Vincent As (Oliver Briffa). Kienet tal-ewwel li ħadet l-ewwel rebħa fi xtutna u dan wara li kellu jiġi kkonsultat il-photofinish. Cruise (Paul Galea) u  Caucasien (Rodney Gatt) temmew fit-tielet u r-raba’ post rispettivament. 

Fi tmiem il-finali, Mark Farrugia f’isem l-isponsors, ippreżenta t-trofew lil George Spiteri u lill-istess Michael Grech li huma s-sidien tad-debba rebbieħa. Ta’ min wieħed isemmi li din kienet l-ewwel rebħa fil-karriera wkoll għal Grech.

Il-laqgħa inkludiet ukoll tiġrija regolari tal-klassi Premier fuq distanza maratona ta’ 3140m. Hawnhekk Espoir D’Elphigny (Jesmar Gafa’), li kien għal ħafna ħin quddiem, inqabeż fl-aħħar metri mill-Franċiża Ecume De Furetais (Rodney Gatt).

Crack Money (Paul Galea) u Falco Du Douet (Marvin Cauchi) daħlu warajhom f’dik l-ordni. Intant għad-debba ta’ Gatt din kienet it-tielet rebħa nfila u f’Malta. Ecume De Furetais wettqet medja ta’ 1.14.7” li huwa wkoll rekord nazzjonali ġdid fuq din id-distanza twila.

Ir-rebbieħa kollha

I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 3140m. 1. Fast Loulou (N. Baldacchino) Ħin – 3.59.4” (1.16.3”) 2. Invite De Star (J. Zahra) 3. Attack Photo (D. Baldacchino) 4. Hartist Griff (R. Gatt)

II Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 3140m. 1. King Of Terrail (Ch. Camilleri) Ħin – 4.04” (1.17.7”) 2. Kaid Des Landes (D. Baldacchino) 3. Gringo Marancourt (S. Laloum) 4. Hippolyte De Bois (R. Gatt)

III Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 3140m. 1. Gayle Galbe (C. Vassallo) Ħin – 3.59.7” (1.16.3”) 2. Heathrow (Ch. Camilleri) 3. Shawn Leejs (D. Debono) 4. Hipanema Ellis (P. Galea)

IV Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 3140m. 1.  Caporal De Larre (P. Galea) Ħin – 4.01.9” (1.17”) 2. Express Novo (I. Galea) 3. Jitterberg (M. Attard) 4. Just Be Proud (J. Gafa’) 

V Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 3140m. 1. Lee Harvey Bros (P. Galea) Ħin – 3.56.4” (1.15.3”) 2. Concerto Star (R. Gatt) 3. Estil D’Ostal (S. Laloum) 4. Hamlet Du Vivier (Ch. Camilleri)

VI Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 3140m. 1. Diamant Du Ruel (J. Gafa’) Ħin – 3.57.8” (1.15.7”) 2. Galway Du Vivier (Cherise Farrugia) 3. Far West De Chenu (R. Gatt) 4. No Pressure (K. Galea)

VII Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 3140m. 1. Ecume De Furetais (R. Gatt) Ħin – 3.54.4” (1.14.7”) 2. Espoir D’Elphigny (J. Gafa’) 3. Crack Money (P. Galea) 4. Falco Du Douet (M. Cauchi)  

VIII Tiġrija. Finali Kampjonat Bavaria. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Floralyse D’Authou (M. Grech) Ħin – 3.17.2” (1.14.7”) 2. Vincent As (O. Briffa) 3. Cruise (P. Galea) 4. Caucasien (R. Gatt)

IX Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 3140m. 1. Defi Nay (R. Gatt) Ħin – 3.58.1” (1.15.8”) 2. Éclair De Vaux (D. Debono) 3. Gabin Sellois (R. Magro) 4. Nehemiah Boko (N. Baldacchino)  

X Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 3140m. 1. Java d’Urzy (P. Galea) Ħin – 3.56.5” (1.15.3”) 2. Iniesta Sport (Cherise Farrugia) 3. Halex Dark (C. Vassallo) 4. Emelie E. (J.P. Farrugia)