“Dinjità, kwalità u serħan il-moħħ, il-bniedem mhux ħaddiem biss imma bniedem sħiħ, għalhekk il-Partit Nazzjonalista qed jipprovdi s-soluzzjonijiet sabiex il-poplu jgħix il-ħajja li tixraqlu”
Hekk stqarr il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech f’intervista li saritlu minn Peppi Azzopardi fil-Mosta….fejn stqarr illi l-bniedem mhux biss flus imma huwa ukoll bniedem sħiħ li jixraqlu jgħix l-ogħla livell ta’ ħajja.
Fejn spjega li huwa propju għalhekk li l-Partit Nazzjonalista ħareġ b’diversi proposti tal-work-life balance, sabiex il-familji Maltin u Għawdxin vermanent jgħixu ħajja ta’ kwalità.
Bernard Grech stqarr illi l-Partit Nazzjonalista ilu għal dawn l-aħħar snin jinvesti fil-poplu Malti u Għawdxi…xhieda ta’ dan huwa l-programm elettorali tal-elezzjoni ġenerali li għaddiet u issa anke fil-programm elettorali li qed jitħejja għall-elezzjoni li ġej fosthom anke fuq il-propjetà.
Bil-Kap tal-Partit Nazzjonalista jispjega wkoll illi xhieda tal-impenn tal-Partit Nazzjonalista sabiex il-ġenituri jkollhom aktar ċans ma’ uliedhom, joħroġ fil-proposti li pprovda għall-familji Maltin u Għawdxin.
Bernard Grech spjega wkoll illi l-problema tat-traffiku ma tissolvix bil-miżuri tal-Gvern imma mill-għerq – it-tkabbir tal-popolazzjoni.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tkellem ukoll dwar kif il-problema ta’ droga u kif pajjiżna għandu jintroduċi eżerċizzju fl-iskejjel, sabiex it-tfal tagħna jitgħallmu kif jaffaċċjaw it-tbatija f’ħajjithom sabiex ma jagħmlux użu mis-sustanzi sabiex jaħarbu mir-realtà ta’ ħajjithom.
Fl-intervista, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista sellem ukoll lil Papa Franġisku tal-ġid li kattar fil-Knisja Kattolika u anke lil Francis Zammit Dimech li fisser bħala persuna li kien dejjem ottimist u jara opportunità fost id-diffikultajiet.
//= $special ?>