Lokali

Il-Kap tal-PN isellem il-memorja ta’ Francis Zammit Dimech

Francis kien bniedem leali, onest u ottimist. U huwa dan il-mod li bih se nibqgħu niftakruh…sabiex nimxu fuq il-passi tiegħu fix-xogħol tagħna.

Kien dan il-mod illi l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech iddeskriva lil Francis Zammit Dimech meta l-Ħadd filgħodu sellem il-memorja ta’ Zammit Dimech fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech flimkien mas-sinjura tiegħu, AnneMarie Grech żaru l-qabar ta’ Francis Zammit Dimech akkumpanjat mill-familjari ta’ Francis u bosta ħbieb ukoll.

Francis Zammit Dimech miet fl-età ta’ 70 sena nhar il-21 ta’ April fl-Isptar Mater Dei. Francis, serva għal snin twal bħala Ministru u anke Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista.