Għat-tieni darba, il-Malta Further and Higher Education Authority, falliem milli tiżgura postha fuq ir-Reġistru Ewropew ta’ Assigurazzjoni tal-Kwalità għall-Edukazzjoni Għolja, hekk kif l-applikazzjoni tal-Gvern reġgħet ġiet miċħuda.
Dan ġieżvelat minn The Shift News hekk kif l-applikazzjoni ma għaddietx mill-proċess ta’ appell, ċioè ma laħqitx l-istandards Ewropej mistennija – bil-fatt ikun mistur mill-Ministeru għall-Edukazzjoni.
Ġie konkluż li r-regolatur Malti naqas milli jilħaq il-livelli għolja mistennija biex jikseb din l-akkreditazzjoni. Fost oħrajn ġie nnotat nuqqas ta’ trasparenza, dipendenza eċċessiva fuq il-Gvern u checks and balances inadegwati.
Ġie rrapportat ukoll li l-Kumitat esprima t-tħassib tiegħu li l-indipendenza tal-aġenzija hija waħda limitata ħafna minħabba d-dipendenza li għandha fuq il-Gvern…tant li ġie nnotat li l-membri kollha tal-bord huma mlaħħqa u magħżula jew mill-Prim Ministru jew mill-Ministeru għall-Edukazzjoni.
Huwa mifhum li ċertu deċiżjonijiet kontroversjali magħmulin minn din l-aġenzija tappnu r-reputazzjoni tagħha internazzjonalment, fosthom l-akkreditazzjoni li tat lill-Università Amerikana f’Malta…deċiżjoni li ġiet ikkritikata kontinwament.
//= $special ?>