F’dawn ix-xahrejn il-bank HSBC Malta se jkun qed jagħżel il-kumpanija li se tkun qed takkwista l-operat kollu minn idejh.
Il-gazzetta The Sunday Times of Malta żvelat illi fix-xhur li ġejjin, il-bank HSBC se jkun qed jagħżel offerta minn numru ta’ offerti li daħlu minn numru ta’ kumpaniji; b’sorsi li tkellmu mat-Times jikkonfermaw li l-Bank Ungeriż OTP m’għadux interessat li jidħol fis-suq lokali.
Kien f’Settembru tas-sena li għaddiet meta l-HSBC iddikjara li kien se jitlaq minn pajjiżna.
Issa, ir-rapporti qed jindikaw li huma 6 l-offerti li daħlu biex jieħdu f’idejhom il-Bank HSBC Malta. U wara negozjati intensivi, jidher illi l-bank wasal biex jagħmel l-għażla tiegħu.
Intant, il-ġimgħa li għaddiet, il-bank APS irtira minn dan il-proċess wara ġimgħat sħaħ ta’ spekulazzjonijiet.
Fil-fatt, wara li l-OTP u l-APS irtiraw l-interess li kellhom, jirriżulta illi l-Bank HSBC Malta se jkun qed jagħżel qed tagħżel bejn il-kumpanija tal-Fintech Ġermaniża RS2, u żewġ banek minn barra l-Unjoni Ewropea – li għadhom mhux magħrufa.
Apparti minn hekk, konsorzju lokali se jixħet l-aħħar offerta fil-ġimgħat li ġejjin.
L-offerta possibbli ta’ dan il-grupp ta’ kumpaniji mistennija tkun l-ewwel tax-xorta tagħha, hekk kif tinkludi numru ta’ investituri privati u mhux banek stabbiliti.
Bil-Ministru Clyde Caruana jgħid illi dan id-deal ma jistax jieħu ħafna żmien minħabba l-impatt fuq l-ekonomija ta’ Malta.
U bil-Bank Ċentrali Ewropew jesrpimi l-istess tħassib.
//= $special ?>