Futbol Sport

Inter jiżolqu kontra Roma f’darhom

(Ritratt: EPA)

Inter tiflu partita importanti fil-ġlieda tagħhom għat-titlu hekk kif ġew megħluba minn Roma fil-Giuseppe Meazza.

Il-gowl detterminanti jasal fit-22 minuta mill-eks Juventin Matias Soule li kkapitalizza fuq l-iżball ta’ Darmian u Augusto.

Como kisbu r-raba’ rebħa konsekuttiva meta għelbu lil Genoa bl-iskor minimu ta’ 1-0. Il-gowl tar-rebħa jasal fid-59 minuta minn Gabrie Strefezza mis-suġġeriment ta’ Patrick Cutrone.

Milan kisbu rebħa importanit kontra Venezia biex iżommu t-tammiet ta’ futbol Ewropej ħaj għas-sena d-dieħla meta għelbu lil Venezia b-iskor finali ta’ 2-0. Ir-Rossoneri fetħu l-iskor permezz ta’ Christian Pulisic wara 8 minuti, b’ Venezia jġibu l-iskor indaqs fl-34 minuta minn Yeboah, madankollu l-gowl jiġi mħassar wara konsultazzjoni tal-VAR.

Santiago Giminez isib ix-xibka fl-aħħar sekondi biex jikkonferma t-tett punti għal Milan.

Fiorentina rebħu d-Derby dell’Arno kontra r-rivali Empoli biex komplew il-mixja tagħhom lejn post fl-Ewropa bl-iskor ta’ 2-1.

Yacine Adli jkollu partita mill-aqwa hekk kif jiskorja l-ewwel wara 7 minuti minn assist ta’ Gudmundson, qabel Rolando Mandragora jirdoppja fit-25 minuta minn assist ta’ Adli.

Fazzini jnaqqas l-iskor għall-Empoli fis-57 minuta.