Il-Kardinal Mario Grech għandu 68 sena. Deskritt bħala saċerdot li għandu sfond konservattiv, iżda fost sħabu l-Kardinali huwa kunsidrat bħala progressiv. U l-media internazzjonali qed tibqa’ issemmih ma’ dawk l-outsiders li possibbilment jafu jkunu għażla bħala Papa ġdid.
Diversi rapporti qed ipoġġu lil Mario Grech ma’ ismijiet oħrajn bħal dawk tal-Kardinal Jean-Marc Aveline u l-Kardinal Matteo Zuppi.
Il-ġurnal Independent tar-Renju Unit qed jgħid li l-Kardinal Grech huwa figura ewlenija fil-Vatikan. Tant li ddeskrivewh bħala Kardinal li prova jilħaq dejjem aktar lill-komunità LGBTIQ. Bil-ġurnal Ingliż jinsisti li hu dejjem ried li l-Knisja “titkellem il-lingwaġġ tan-nies”.
L-istess ġurnal iddeskriva lil Mario Grech bħala “favorit” tal-Papa Franġisku.
Il-Kardinal Grech huwa Segretarju tas-Sinodu tal-Isqfijiet.
Intant, fost l-ismijiet li kontinwament qed jissemmew li jistgħu jiġu eletti Papa, hemm il-Kardinal Taljan Pietro Parolin, l-Ungeriż Peter Erdo, u l-Filippin Luis Antonio Tagle. Dan, iżda, ma jnaqqas xejn mill-possibbiltà li l-Kap il-ġdid tal-Knisja Kattolika jkun ġew mill-kontinent Afrikan. Bil-Kardinal Turkson u l-Kardinal Besungu jibqgħu favoriti.
S’issa, għad mhemm ebda data dwar meta se jibda jitlaqqa’ l-konklavi li jrid jeleġġi Papa ġdid.
//= $special ?>