Il-Papa Franġisku dejjem wera l-apprezzament profond tiegħu għall-mużika bħala mezz biex tgħaqqad lid-dinja mad-Divin, tiġbor il-komunitajiet flimkien, u tinspira tama fost il-kulturi u l-ġenerazzjonijiet kollha.
Għalhekk b’sogħba u dieqa kbira wara telfa tal-maħbub Papa Franġisku – il-Papa li bierek il-warda tad-deheb mogħtija lill-vara titulari fl-okkażjoni tal-170 sena mid-Domma u l-45 sena mit-Twaqqif tal-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni – fi stqarrija l-Kumitat tal-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni – Ħamrun qal li ddeċieda li jbiddel il-programm tal-manifestazzjoni bil-vara ta’ Kristu Rxoxt. Il-manifestazzjoni mhix ħlief tifħir u sebħ lil Alla setgħan fuq id-dnub u l-mewt.
Għalhekk, il-Kumitat iddeċieda li l-manifestazzjoni tieħu forma ta’ tifħir lil Alla għas-servizz li tagħna fil-Papat tiegħu.
Il-programm tal-Ħadd 27 ta’ April beda fid-9.15am b’mixja lejn l-istatwa ta’ Kristu Rxoxt.
Fid- 9.30am kien hemm l-inawgurazzjoni tal-Vara ta’ Kristu Rxoxt u fl-10.15am riflessjoni u mument ta’ talb għall-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku quddiem il-Knisja b’rirringrazzjaw lil Alla tax-xogħol tiegħu fl-għalqa tal-Mulej. Tindaqq il-Last Post mill-Banda.
Wara tkompliet il-manifestazzjoni sal-iskola San Ġorġ Preca – Eks Liċeo. Dak il-ħin saret ġabra b’risq l-ALIVE 2025 cycling challenge for Cancer.
Kien hemm parkeġġ b’xejn fl-iskola Eks Liċeo (dħul mir-rixtellu fit tarf ta’ Triq Qrejten ma’ Triq Wenzu Mallia.