Mietu tal-anqas 30, bi 800 oħra jinqatlu, waqt splużjoni kbira f’wieħed mill-portijiet ewlenin tal-Iran. Traġedja li setgħet irriżultat f’ħafna aktar vittmi, bl-investigazzjonijiet fl-inħawi mistennija jibqgħu għaddejjin għal diversi ġranet.
L-isplużjoni seħħet fil-port kummerċjali ta’ Shahid Rajaee – l-akbar port kummerċjali fil-pajjiż u li jinsab fil-limiti tal-belt ta’ Bandar Abbas.
Intant, l-impatt tal-isplużjoni qered partijiet tad-djar minbarra li kwantità ta’ karozzi fil-viċinanzi. Fil-fatt, xi residenti rrappurataw li l-impatt inħass sa 50 kilometru ‘l bogħod mis-sit tal-isplużjoni – bl-awtoritajiet ikomplu bit-tfittxija għall-persuni rappurtati nieqsa.
Ir-rapporti qalu li l-isplużjoni seħħet wara li qabdu n-nirien fil-port li komplew iżidu fl-intensità f’perjodu ta’ minuti. Ħarġu wkoll il-filmati tan-nies qed jaħarbu mis-sit tal-isplużjoni waqt li oħrajn – vittmi u midruba – dehru minxurin mal-art fost il-qerda sussegwenti.
Tal-anqas tlett setturi tal-port inħakmu min-nirien kaġunati mill-isplużjoni – bil-Ministeru għall-Intern Iranjan jikkonferma li l-fjammi kienu qed jinfirxu ‘minn kontejner għall-ieħor’.
Ix-xena kienet waħda għal kollox devastanti, bl-iskejjel u l-uffiċini fir-reġjun ma jiftħux bħas-soltu.
Xi sorsi involuti fis-settur marittimu, sadanittant, qed jindikaw li wħud mill-kontejners li nqabdu fin-nirien kien fihom tip ta’ fuel speċifiku għall-missili ballistiċi.
U s-sorsi qalu li n-nirien, x’aktarx, inqalgħu minħabba l-mod ittraskurat kif xi persuni fil-port kienu qed imexxu kunsinna ta’ dan il-fuel intenzjonat għall-missili tal-Iran. Kunsinna li mifhum li kienet ilha jinżamm f’dan il-port mix-xahar li għadda.
//= $special ?>