Futbol Sport

Liverpool champions tal-Ingilterra għall-20 darba

(Ritratt: EPA)

Liverpool saru champions tal-Ingilterra għall-20 darba meta kien jonqoshom punt wieħed biss mill-konfront kontra Tottenham, liema konfront rebħuħ bl-aktar mod konvinċenti bl-iskor ta’ 5-1. L-atmosfera kienet waħda ta’ festa f’Merseyside sigħat qabel il-partita u anke mal-wasla tat-tim ta’ Liverpool.

Kienu Tottenham li marru fil-vantaġġ wara 12-il minuta permezz ta’ Dominic Solanke. Liverpool iżda wettqu reazzjoni mmedjata u ġabu l-iskor indaqs erba’ minuti wara permezz ta’ Luis Diaz. Alex Mac Allister għamilhom 2-1 fl-24 minuta qabel ma’ Cody Gakpo għamel l-iskor 3-1 fl-34 minuta.

Fit-tieni taqsima, Liverpool komplew fejn ħallew u komplew ikabbru l-iskor, l-ewwel permezz ta’ Mohamed Salah fit-63 minuta u wara awto-gowl ta’ Destiny Udogie fid-69 minuta.

B’dan il-kampjonat, Liverpool issa laħqu lil Manchester United bħala l-aktar tim li rebaħ il-kampjonat Ingliż.