Futbol Sport

Manchester United isalvaw punt fl-aħħar sekondi kontra Bournemouth

Manchester United irnexxiehom jiksbu punt kontra Bournemouth meta skorjaw gowl fl-aħħar sekondi bl-iskor finali jkun 1-1.

Antoine Semeyo kompla l-istaġun tajjeb meta fetaħ l-iskor wara 23 minuta.

Iċ-cherries spiċċaw jilagħbu b’10 wara li tkeċċa l-attakkant Brażiljan Evanilson, u r-Red Devils jieħdu l-opportunità mit-tkeċċċija biex jiskorjaw il-gowl tad-draw fis-96 minuta permezz ta’ Rasmus Hojlund.