Futbol Sport

Marsaxlokk momentarjament fl-ewwel post wara li salvaw punt kontra Birkirkara

(Ritratt: Joseph Galea)

BIRKIRKARA……………1

MARSAXLOKK…………1

Birkirkara: G.Volpe, M.Morello, L.Mina (N.Cross 63’), S.Dimech, T.Papazov, A.Satariano, L.Lacunza (P.Gaitan 85’), A.Coppola, S.Makoma, M.Maia

Marsaxlokk: M.Calleja Cremona, K.Micallef, N.Muscat, Y.Messias (D.Bonnici 85’), J.Corbolan, J.Soares (J.Quitongo 90’) J.Arias, L.Dessypris, A.De Aguiar, L.Aguirre, R.Scicluna

Imwissija: L.Mina 38’, N.Cross 71’ (B), K.Micallef 50’, A.De Aguiar 63’ (M)

Tkeċċa: T.Papazov 78’ (Ħ)

Skorjaw: K.Reid 23’ (B), Y.Messias 74’ (M)

Referee: Trustin Farrugia Cann

Assistenti Referees: Luke Portelli u Duncan Spencer

Marsaxlokk żammew l-ewwel post permezz ta’ draw kontra Birkirkara bl-iskor finali jkun 1-1.

Ix-Xlukkajr jinsabu fl-ewwel post wara 15-il partita mit-tieni rawnd. Huma jokkupaw il-quċċata tal-klassifika momentarjament hekk kif jonqoshom jilagħbu Floriana, b’rebħa għall-Greens kontra Mosta tfisser li l-Furjaniżi jilħqu lil Marsaxlokk fl-ewwel post b’26 punt.

Birkirkara jiftħu l-iskor wara 23 minuta mill-eks Floriana Kemar Reid.

Marsaxlokk jiskorjaw il-gowl tad-draw permezz ta’ Yuri De Jesus Messias meta kkonverta l-penalty fl-74 minuta.

 L-Istripes jispiċċaw jilagħbu b’għaxra fit-78 minuta meta ntwera l-karta ħamra Tomsilav Papazov.