Lokali

“Mhux isimhom biss kien jgħaqqadhom”

Francis Zammit Dimech kien bniedem integru, li l-karriera politika tiegħu tixhed dan; raġel li dejjem kien iddedikat u kommess għad-demokrazija ta’ pajjiżna.

Dan intqal fl-editorjal ta’ The Malta Independent fil-ħarġa tal-Ħadd hekk kif l-editur spjega li huwa kien rinomat għas-servizz tiegħu lejn il-pubbliku – hekk kif irrappreżenta lil Malta kemm b’mod lokali kif ukoll fuq livell Ewropew.

Iżda, intqal kif filwaqt li kienu mistennija l-kondoljanza numerużi ġejjin minn membri tal-Partit Nazzjonalista u oħrajn affiljat miegħu, żgur li spikka l-fatt li l-avversarji politiċi tiegħu kellhom ukoll kliem ta’ tifħir għal Francis Zammit Dimech.

L-editur insista li l-jum tat-Tnejn, 21 ta’ April, kien jum ta’ telf u niket hekk kif ftit qabel ma tħabbret il-mewt ta’ Francis, id-dinja nħasdet bit-telfa ta’ Franġisku ieħor – il-Papa li miet fl-eta ta’ 88 sena.

It-tnejn li huma skont l-editur, mhux biss kellhom isimhom li jgħaqqadhom, imma wkoll is-servizz lejn il-komunità.

L-isem ddedikat għal San Franġisk jissimbolizza l-impenn li kellhom biex jgħaqdu l-proxxmu u jħallu impatt pożittiv fid-dinja.

Il-gazzetta spjegat ukoll li fi żmien fejn id-dinja il-mexxejja qed jiġu skrutinizzati kontinwament, il-ħajja ta’ dawn iż-żewġt irġiel għandha sservi ta’ tgħalima għal ħaddieħor u turi l-importanza li wieħed jgħin lil proxxmu.

L-editorjal jintemm billi jirrimarka kif ċertament mhux kumbinazzjoni li dawn iż-żewġt irġiel mietu fl-istess jum; xempju ta’ umiltà, u valuri li jmexxu d-dinja ‘l quddiem.