Futbol Sport

Napoli japprofittaw miż-żelqa ta’ Inter u jitilgħu waħedhom fl-ewwel post

(Ritratt: EPA)

Napoli approfittaw miż-żelqa ta’ Inter meta għelbu lil Torino bl-iskor ta’ 2-0 u telgħu waħedhom fil-quċċata tal-klassifika. L-eroj għat-tim ta’ Antonio Conte kien l-Iskoċċiż Scott McTominay li skorja darbtejn fl-ewwel taqsima u b’hekk aċċerta minn rebħa kruċjali għat-tim tiegħu.

Rebħa wkoll ta’ 2-0 għal Juventus fuq Monza. Nico Gonzalez poġġa lil Juventus fil-vantaġġ wara 11-il minuta. Randal Kolo Muani rdoppja fit-33 minuta. Juventus sfaw jilagħbu l-kumplament tal-partita bi plejer anqas meta qabel il-mistrieħ tkeċċa Kenan Yildiz.

Intant draw ta’ 1-1 bejn Atalanta u Lecce. Kienu Lecce li marru fil-vantaġġ fid-29 minuta permezz ta’ penalty ta’ Jesper Karlsson. Atalanta ġabu l-iskor indaqs fid-69 minuta permezz ta’ penalty ta’ Mateo Retegui.