Atletika Sport

Tigst Assefa twaqqaf rekord fil-maratona ta’ Londra, Sebastian Sawe jirbaħ il-maratona tal-irġiel

(Ritratt: EPA)

L-atleta mill-Etjopja Tigst Assefa kissret rekord mondjali fil-maratona ta’ Londra meta temmet il-maratona f’sagħtejn 15-il minuta u 50 sekonda. Hi rnexxielha tegħleb ir-rekord mwaqqaf sena ilu mill-atleta mill-Kenja Peres Jepchirchir b’26 sekonda.

Joyciline Jepkosgei temmet fit-tieni post filwaqt li r-rebbieħa tal-maratona fl-2023 Sifan Hassan temmet fit-tielet post.

Fil-kategorija tal-irġiel, kien id-debuttant Sebastian Sawe tal-Kenja li rebaħ din il-maratona f’ħin ta’ sagħtejn żewġ minuti u 27 sekonda. Jacob Koplimo li għandu f’idu r-rekord dinji tan-nofs maratona temm fit-tieni post filwaqt li r-rebbieħa tas-sena li għaddiet Mutiso Munyao temm fit-tielet post.

Sebastian Sawe fid-debutt tiegħu rebaħ fil-kategorija tal-irġiel (Ritratt: EPA)