Kollox jindika li aktar tard illum se tkun magħrufa d-data li fiha’ se jibqa’ l-konklavi tal-Kardinali; il-proċess li matulu għandu jkun elett Papa ġdid wara l-mewt ta’ Franġisku.
Id-data definittiva se tkun stabbilita fil-ħames kongregazzjoni tal-Kardinali, li qed jiltaqgħu illum.
Diversi rapporti qed jgħid li hemm possibbiltà reali li l-konklavi jiftaħ fil-5 ta’ Mejju. Għalkemm sa issa, xejn ma jista’ jittieħed bħala definittiv.
Minn fost il-Kardinali kollha, huma 135 dawk eleġibbli li jivvutaw għall-Papa l-ġdid.
Dan il-proċess isir fil-kappella Sistina, u jintemm malli miċ-ċumnija tal-Vatikan tidher tiela’ l-famuża daħna bajda – li tikkonferma li l-Knisja għandha Papa ġdid fit-tmexxija tagħha.
Intant, fl-aħħar sigħat, kienu eluf dawk li żaru l-qabar tal-Papa Franġisku f’Santa Maria Maggiore – bil-folol ta’ devoti ma’ jaqtgħu xejn biex iqattgħu mumenti ta’ talb fil-post fejn indifen Bergoglio.
//= $special ?>