Mis-7 ta’ Mejju se jibqa’ l-konklavi tal-Kardinali; il-proċess li matulu għandu jkun elett Papa ġdid wara l-mewt ta’ Franġisku.
Id-data definittiva kienet stabbilita fil-ħames kongregazzjoni tal-Kardinali, li ltaqgħu llum.
Minn fost il-Kardinali kollha, huma 133 dawk eleġibbli li jivvutaw għall-Papa l-ġdid. Dawn huma l-Kardinali li huma taħt it-80 sena.
Dan il-proċess isir fil-kappella Sistina, u jintemm malli miċ-ċumnija tal-Vatikan tidher tiela’ l-famuża daħna bajda – li tikkonferma li l-Knisja għandha Papa ġdid fit-tmexxija tagħha. Is-Sistina diġà ġiet magħluqa għall-pubbliku.
Intant, fl-aħħar sigħat, kienu eluf dawk li żaru l-qabar tal-Papa Franġisku f’Santa Maria Maggiore – bil-folol ta’ devoti ma’ jaqtgħu xejn biex iqattgħu mumenti ta’ talb fil-post fejn indifen Bergoglio.
//= $special ?>