Lokali

“Konferma tat-tixħim fil-kuntratt tal-powerstation tal-Electrogas” – PN

Il-PN itenni l-appell tiegħu biex l-inkjesta maġisterjali tkun ippubblikata b’mod sħiħ

L-aħbar żvelata mill-ġurnal Times of Malta tal-lum tikkonferma li kien hemm tixħim fil-kuntratt tal-powerstation il-ġdida tal-Electrogas u li l-proċess tal-għażla tal-kumpanija kien ivvizzjat.

L-inkjesta maġisterjali tikkonferma li dan kien deal ieħor korrott li jinvolvi ħasil ta’ flus li minnu gawdew persuni fil-Gvern Laburista, fosthom l-eks Ministru Konrad Mizzi u Keith Shembri, l-eks Chief of Staff tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat. Fuq kollox tikkonferma li l-inkjesta torbot il-ftehim tal-Electrogas ma’ dik li tiġi deskritta bħala “magna tal-ħasil tal-flus” għal Mizzi u Schembri.

Il-Partit Nazzjonalista jerġa’ jtenni l-appell tiegħu biex l-inkjesta sħiħa dwar l-iskandlu 17 Black u l-Electrogas tiġi ppubblikata. Il-PN se jkompli jsegwi dan il-każ fil-Kumitat Parlamentari dwar il-Kontijiet Pubbliċi. Gvern ġdid Nazzjonalista jittermina dan il-kuntratt.