Eġizzjan ta’ 39 sena nżamm arrestat b’rabta ma’ theddid u nsulti fuq l-eks mara tiegħu. Huwa mifhum li r-raġel bagħat xi messaġġi lil mara, wara li sar jaf li l-allegata vittma bdiet ixxerred diversi filmati tiegħu bla ħwejjeġ.
Quddiem il-Maġistart Kevan Azzopardi, ir-raġel wieġeb mhux ħati li kiser ordni ta’ probation, ordni ta’ trażżin, ordni ta’ trattament u li nsulenta u heddid lill-vittma. Il-koppja kienu ilhom 10 snin flimkien, għandhom żewġt itfal u kienu fi proċess ta’ separazzjoni darbtejn.
Kollox jindika li tlett ijiem ilu r-raġel sar jaf li l-mara reġgħet bdiet il-proċess ta’ separazzjoni, li wassal għall-allegat insulti u theddid. Dwar it-talba għal ħelsien mill-arrest, il-proskezzjoni oġġezzjonat bil-qawwa kollha minħabba l-biża ta’ kontaminazzjoni ta’ provi, l-allegat ksur ta’ trażżin u probation u minħabba li naqas li jipprovdi indirizz fiss lill-Pulizija.
Id-difiża rribattiet dawn l-argumenti u qalet li ma kien hemm l-ebda kuntatt fiżiku fil-konfront tal-mara kif ukoll, mill-kliem li ngħad fil-messaġġi, ma jirriżultax li kien hemm xi theddid fuq il-ħajja tal-allegata vittma.
Il-Qorti ċaħdet it-talba għal ħelsien mill-arrest.
ll-prosekuzzjoni tmexxiet mill-ispettur Audrey Micallef. L-akkużat dehru għalih l-Avukati Alex Scerri Herrera u Matthew Xuereb.
//= $special ?>