minn Victor Camilleri
Eks Editur ta’ In-Nazzjon u Il-Mument
Fis-sigħat u l-jiem ta’ wara l-mewt ta’ Francis Zammit Dimech kien hawn qbil wiesa’ u tista’ tgħid unanimu li dan kien politiku li x’aktarx tassew joqgħodlu l-aġġettiv ‘eċċezzjoniali’. U dan għaliex diffiċli ħafna li tiltaqa’ ma’ persuna daqstant mimlija għerf u b’ħafna talenti u, fl-istess ħin, daqshekk ieħor disponibbli u mingħajr ħafna pretensjonijiet.
Nibża’ wisq, iżda, li dawn il-kwalitajiet sbieħ tiegħu li għamluh tant popolari – fis-sens li kien bniedem ‘tal-poplu’ – forsi ma ħallewx kwalitajiet oħra, fosthom ta’ politiku komplet, jirkaċċaw. Jiġifieri li ħafna minna jibqgħu jiftakru l-buonismo tiegħu mingħajr ma jiftakru l-fatti veri u propji li spikkaw u li wettaq tul il-karriera twila politika tiegħu.
Francis Zammit Dimech kien intelliġenti u jitgħallem malajr, u dan jurih tant tajjeb il-fatt li tul l-amministrazzjonijiet Nazzjonalisti ta’ bejn l-1987 u l-2013 ingħata biex imexxi b’suċċess tant oqsma differenti li jvarjaw miż-żgħażagħ sax-xogħlijiet pubbliċi u l-infrastruttura u mit-turiżmu sal-affarijiet barranin.
Kien bniedem li mhux biss jaf jadatta ruħu għaċ-ċirkustanzi iżda wkoll li fi ftit żmien jidħol fis-suġġett u jsir versatili fih daqs l-aqwa veteran.
Għall-iskop ta’ din il-kitba llum se niffoka fuq il-qasam tal-arti u l-kultura li fihom Francis ta kontribut deċiżiv li, mingħajr paraguni odjużi, ipoġġuh fost dawk tal-aqwa kontributuri għall-iżvilupp ta’ dawn l-oqsma f’Malta.
Hu għal dawn ir-raġunijiet li nħoss li l-Istat għandu jkun ġentlom biżżejjed – bħalma kien Francis innifsu – u jagħtih rkonoxximent uffiċjali b’rabta mal-kisbiet li wettaq.
Kien ħoloq Notte Bianca Malta…
L-akbar attività kulturali annwali fl-aħħar 20 sena
Francis Zammit Dimech, sa minn età żagħżugħa, kien wera interess kbir fl-oqsma tal-kultura u l-arti fil-forom kollha tagħhom. L-ewwel sinjali ta’ din il-karatteristika kien meta, appuntu ta’ età żagħżugħa, kien ħoloq il-4Ts (Teens & Twenties Talent Trust) – assoċjazzjoni li kienet tat opportunità unika lil tant żgħażagħ li jidħlu huma wkoll fil-qasam tal-kultura.
Fl-istess ħin, Francis kien moħħu miftuħ ukoll għal dak li kien qed jiġri lil hinn mix-xtut tagħna f’dawn l-oqsma. B’din id-dimensjoni u fil-kariga ta’ Ministru responsabbli mill-kultura, kien laqtu ħafna l-kunċett ta’ Notte Bianca li kien beda jiżvolġi f’Pariġi u f’Ruma.
Niftakru jsemmihuli b’entużjażmu, konvint li dik l-attività setgħet issir b’suċċess f’pajjiżna wkoll. U dlonk ressaq il-proposta quddiem il-Kabinett u ħejja t-triq biex l-ewwel edizzjoni ta’ Notte Banca f’Malta ssir f’Ottubru 2006.
Ovvjament ħadd ma kien jaf eżatt kif il-poplu Malti kien se jilqa’ dik l-inizjattiva billi qatt qabel ma kien sar xejn bħalha f’pajjiżna. Fil-verità l-ewwel edizzjoni kienet suċċess enormi.
Tant hu hekk li kien kalkulat li fil-Belt daħlu ’l fuq minn 55,000 iżda wkoll madwar 20,000 ma daħlux minħabba li ma kienx hemm trasport u arranġamenti adegwati biex kulħadd seta’ jinqeda.
Minn dakinhar sal-lum, l-oganizzazzjoni pperfezzjonat ruħha u din l-attività ilha ssir 20 sena ħlief għal sentejn minħabba fil-pandemija tal-Covid.
Ikun xieraq u f’waqtu jekk l-organizzaturi ta’ Notte Bianca 2025 isibu l-mod kif Francis Zammit Dimech jitfakkar bħala l-fundatur uniku ta’ din l-attività li daħlet fil-kalendarju… u fil-qalb tal-Maltin kollha.
… u welled iċ-Ċentru tal-Kreattività fil-Kavallier ta’ San Ġakbu
Kien infetaħ mal-bidu tal-millennju
Għandi l-impressjoni li fost in-numru kbir ta’ inizjattivi u proġetti li Francis kien involut fihom, jew aħjar, kien il-protagonist ewlieni tagħhom, l-aktar wieħed għal qalbu kien dak li oriġinarjament kien jissejjaħ Il-Kavallier ta’ San Ġakbu, iċ-Ċentru tal-Kreattività u li llum hu magħruf bħala ‘Spazju Kreattiv’.
L-istorja ta’ kif Francis Zammit Dimech, bix-xogħol u l-kollaborazzjoni ta’ ħafna oħrajn, irnexxielu jġib lil dan il-Kavallier ta’ San Ġakbu – li jinsab biswit Kastilja – għad-diżpożizzjoni tal-qasam tal-arti u l-kultura ta’ pajjiżna, tibqa’ waħda li tixhed għad-determinazzjoni u l-foresight ta’ dan ir-raġel li meta kien jassigura ruħu li idea tiegħu hi vale la pena, l-ebda ostaklu ma kien iwaqqfu.
Il-Perit Richard England kien irnexxielu jittrasforma lil dan il-‘kavallier’ mitluq, abbandunat, u mogħti lill-Istamperija tal-Gvern, f’ċentru attraenti li fih għaqqad b’mod brillanti l-antik u l-istoriku mal-modern biex ħoloq teatru, cinema, swali u spazji li fihom jistgħu jsiru attivitajiet kulturali ta’ livell.
Biex dan il-post ċentrali fil-Belt ikompli jieħu l-importanza li jixraqlu, il-ftuħ uffiċjali kien abbinat mal-ftuħ tal-millennju fil-lejl ta’ bejn il-31 ta’ Diċembru 1999 u l-1 ta’ Jannar 2000.
Francis Zammit Dimech tabilħaqq kien iħoss li dak il-proġett kien il-‘baby’ tiegħu u dan bir-raġun hekk kif kien iddedika ħafna minn ħinu biex jara li kollox jitwettaq kif suppost.
Dawk li jmexxu Spazju Kreattiv żgur li jkunu apprezzati jekk, bħala rikonoxximent għal dak li wettaq dan il-proġett, isemmu xi parti minn dak il-bini għal Francis Zammit Dimech bħala rikonoxximent dejjiemi.
Francis Zammit Dimech jixraqlu rikonoxximent uffiċjali għal sehmu fil-qasam tal-Arti u l-Kultura

Dan l-artiklu deher f’In-Nazzjon tat-Tnejn 28 ta’ Aprl, 2025.
//= $special ?>