Lokali

Sidien ta’ ħwienet fil-Belt ilhom ġimgħat sħaħ jirrappurtaw riħa qawwija ta’ drenaġġ

Sidien ta’ ħwienet fi Triq Żakkarija fil-Belt Valletta ilhom ġimgħat sħaħ jistennew li tittieħed xi forma ta’ azzjoni mill-awtoritajiet wara rapporti konsistenti ta’ riħ qawwija ta’ drenaġġ li tiela’ mit-tappieri tat-triq.

Nies li tkellmu ma’ Net News qalulna li din is-sitwazzjoni xejn sabiħa ilha għaddejja żmien twil. U minkejja r-rapporti, xorta ħadd ma ħa azzjoni.

Triq Żakkarija tinsab fil-qalba tal-Belt Valletta, u minnha ta’ kuljum jgħaddu diversi turisti, impjegati li jaħdmu l-Belt, kif ukoll Beltin stess li jkunu qed jagħmlu l-qadi regolari tagħhom.