Futbol Sport

Brian Spiteri viċin li jsir kowċ ta’ Żurrieq FC

Replay (Net Television) jinsab infurmat li l-kowċ Brian Spiteri jinsab viċin li jingħaqad mat-tim miċ-Challenge League Żurrieq FC.

Spiteri kellu l-aħħar esperjenza tiegħu ma’ Mġarr United. Huwa ġie meħlus mill-kariga tiegħu permezz ta’ stqarrija fuq il-midja soċjali ftit ta’ ġranet ilu.

Spiteri huwa kowċ rinomat f’pajjiżna, u kellu numru ta’ esperjenzi ma’ bosta klabbs differenti. Huwa kien ilu fil-kariga ta’ kowċ tal-Mġarr minn Frar tal-2024, u din is-sena temmew fis-7 post mit-top 8 taċ-Challenge League.

Spiteri beda l-esperjenza tiegħu bħala kowċ lura fl-2013 ma’ Lija Athletic. Matul is-snin huwa serva ukoll bħala kowċ ta’ Pieta’ Hotspurs, Ħal Qormi, Pembroke u Żebbuġ Rangers