“Il-Qorti Ewropea kkonfermat dak li ilna ngħidu – li ċittadinanza Ewropea m’għandiex tingħata permezz ta’ tranżazzjoni kummerċjali.”
Sostniet dan il-President tal-Parlament Ewropew u MEP f’isem il-Partit Nazzjonalista Roberta Metsola f’post fuq il-midja soċjali wara s-sentenza li ngħatat mill-Qorti Ewropea b’rabta mal-iskema tal-bejgħ tal-passaporti.
Il-President tal-Parlament Ewropew qalet li għal dawn l-aħħar għaxar snin wissew li l-bejgħ tal-passaporti u ċ-ċittadinanza Ewropea ħalliet impatt negattiv fuq ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna u ħolqot diffikultajiet b’rabta mas-sigurtà fl-Ewropa.
Għaldaqstant, hija saħqet li din il-mossa tal-Gvern Malti wriet nuqqas ta’ viżjoni u pajjiżna jixirqilha tmexxija aħjar.
//= $special ?>