Lokali

Ħsara fuq iz-zuntier tal-parroċċa ta’ Ħal Balzan

Il-parroċċa ta’ Ħal Balzan esprimiet id-diżappunt tagħha wara li lbieraħ, bejn is-6pm u s-6:15pm, seħħet ħsara estensiva fil-balavostri taz-zuntier tal-knisja. Ritratti fuq il-midja soċjali juru li diversi sezzjonijiet tal-balavostri ġew imkissrin.

F’kitba fuq il-paġna uffiċjali ta’ Facebook, il-parroċċa spjegat li xi ħadd mhux magħruf daħal fiz-zona taz-zuntier f’dak il-ħin, u għal xi raġuni li għadha mhux magħrufa, ġiet ikkawżata din il-ħsara.

Il-parroċċa qed tappella lil min hu responsabbli biex jersaq ‘il qudddiem sabiex isir ftehim ħalli l-ħsara tiġi rranġata bil-paċi u mingħajr pubbliċità bla bżonn. Fl-istess waqt, qed titlob l-għajnuna tal-pubbliku sabiex jiġi identifikat min seta’ kien involut.