Żvilupp importanti mill-Qorti hekk kif Kevin Ellul, imlaqqam “Id-Double O” qed jissemma bħala l-persuna li provda l-bomba li tpoġġiet taħt il-karozza ta’ Daphne Caruana Galizia.
Waqt il-ġuri, li beda l-Ħamis li għadda, Melchior Spiteri li skonta diversi sentenzi spjega li meta kien il-ħabs, ċertu Brandon Cachia kien qallu li l-bomba ta’ Daphne Caruana Galizia għamilha Kevin Ellul.
Cachia kien qallu illi kien qed joħrog ma’ tfajla – li fl-istess ħin kienet qed toħroġ mad-Double O – u li kienet hi li għaddietlu din l-informazzjoni dwar minn provda l-bomba ta’ Caruana Galizia.
Din it-tfajla ġiet identifikata bħala Nicole Brignone. Iżda meta issejħet it-Tlieta biex tidhex, hi ċaħdet li “Id-Double O” kien involut.
Spiteri minn naħa tiegħu qal li ma setax iżomm din l-informazzjoni għalih għaliex l-akkużat Robert Agius (Tal-Maksar) spiss kien jgħidlu li ma kienx hu li provda l-bomba li qatlet lill-ġurnalista.
Fil-Qorti, Spiteri qal ukoll li Robert Agius kien raġel tal-familja.
//= $special ?>