Il-Gvern Laburista m’għadu ebda direzzjoni wara s-sentenza tal-Qorti Ewropea li ddikjarat li l-iskema tal-bejgħ tal-passaporti hi waħda llegali.
Dan ħareġ waqt dibattitu parlamentari li sar illum wara stqarrija ministerjali l għamel il-gvern wara d-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea.
Qabel beda d-dibattitu l-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar ġibed l-attenzjoni tal-parlament li l-gvern informa lill-Oppożizzjoni 10 minuti biss qabel fil-fatt saret l-istqarrija iżda minkejja dan xorta kienet lesta tieħu sehem fid-dibattitu.
Ix-Shadow Minister tal-Oppożizzjoni għall-Intern Darren Carabott qal li l-gvern ma ta l-ebda viżjoni dwar x’se jagħmel quddiem din is-istwazzjoni iżda l-Ministru Byron Camilleri għażel li jinqeda b’diversi għaqdiet volontarji f’setturi li għaddejjin minn diffikultajiet kbar minħabba tal-politika tal-gvern li qed jipprova jiġbor il-punti politiċi billi jinqeda b’dawn l-istejjer.
Il-gvern kellu jiddikjara li se jbiddel ir-rotta jekk il-gvern hu wieħed matur, sostna Darren Carabott, li kompla li l-gvern m’għandu l-ebda direzzjoni wara d-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea.
Il-kundanna mhijiex fuq Malta iżda fuq il-Gvern Laburista; ħadd mhu qed jeħu gost b’din id-deċiżjoni għaliex ħadd ma jieħu gost li persuni li lanqas biss nafu min huma jsiru Maltin u Ewropej daqs il-poplu Malti.
Hu qal li l-PN qed jappella għal reviżjoni tal-iskema biex ikun hemm rabta reali mal-pajjiż, is-sospensjoni tal-programm, il-pubblikazzjoni ta’ skeda kif se jsiru bidliet u li l-gvern jiddikjara li jilqa’ d-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea. Din hi sentenza li tħammar lill-poplu Malti.
Ix-Shadow Minister tal-Oppożizzjoni għas-Saħħa Adrian Delia qal li l-gvern qed jitkellem biss fuq il-flus meta dawn kienu ġejjin minn skema li ma kinitx skont il-liġi. Dan mhuwiex permess, sostna Adrian Delia, li kompla li l-gvern lest ibiegħ lil pajjiżi għall-flus. Hu qal li l-iskema kellha tattira investituri bla ma titgħarraq ir-reputazzjoni tal-pajjiż.
Ix-Shadow Minister tal-Oppożizzjoni għall-Anzjani Paula Mifsud Bonnici qalet li kien diġà magħruf li din hi skema moralment korretta u issa hu magħruf li hi skema llegali.
Il-gvern issa għandu jiddikjara jekk hux se jissospendi b’mod immedjat din l-iskema, sostniet Paula Mifsud Bonnici, li kompliet li l-gvern għandu jiddikara jekk jaqbilx mal-ex Prim Ministru Joseph Muscat li qal li din id-deċiżjoni hi waħda politika.
Il-gvern għandu jispjega jekk issa hux se jattakka lill-ġudikanti tal-Qorti Ewropea kif jattakka lill-ġudikanti Maltin u jispjega wkoll x’ideat ġodda għandu l-gvern dwar kif l-ekonomija qed tikber jekk kif qal il-gvern, l-investiment minn din l-iskema sar biss permezz ta’ din l-iskema.
Ix-Shadow Minister għat-Trasport u l-Mobbiltà Mark Anthony Sammut qal li l-gvern qed jgħid li ma fiha xejn li tagħmel xi ħaġa llegali iżda l-flus tonfoqhom għall-ġid.
Dan hu gvern kima ddejjaq xejn jonfoq €400 miljun fi frodi iżda qed jgħid li jrid jgħin lin-nies bi skema llegali. Din is-sentenza turi li l-gvern ħoloq biss skema li għamlet ħsara lir-reputazzjoni ta’ Malta u ma ħoloq l-ebda niċċa ekonomika ġdida.
Fl-introduzzjoni tal-istqarrija ministerjali l-Ministru tal-Intern Byron Camilleri qal li l-iskema tal-bejgħ tal-passaporti ġġenerat €1.4 biljun b’mod dirett u sostna li kien taqqaf fond għal meta jinqala’ l-għawġ kif ċara fil-COVID. Hu kompla li l-gvern investa dawn il-fondi f’diversi proġetti soċjali, sportivi u fis-saħħa. Dan il-gvern ġab il-fiannzi tal-gvern fis-sod u ta ċ-ċans lill-gvern biex iwettaq il-proġetti. L-applikanti kkontribwixxew ukoll €10 miljuni lill-għaqdiet volontarji, sostna l-Ministru Camilleri.
Id-Deputat Laburista Edward Zammit Lewis qal li l-gvern ma jaqbilx mal-pożizzjoni tal-Qorti Ewropea u appella lill-Gvern biex jispjega x’se tkun it-triq ‘il quddiem.
Meta kkonkluda d-dibattitu, l-Ministru tal-Intern qal li l-PN qed iġib il-partiġġjaniżmu qabel l-interess nazzjonali.
//= $special ?>