Lokali

“Il-Gvern Malti jibqa’ kburi” bil-bejgħ tal-passaporti

Il-Gvern Malti rrefera għall-każ li l-Kummissjoni Ewropea fetħet kontra Malta b’rabta mal-qafas leġiżlattiv ta’ ċittadinanza b’investiment.

Fi stqarrija, il-Gvern stqarr li jirrispetta d-deċiżjonijiet tal-qrati, filwaqt li f’dan il-mument l-effett legali ta’ din is-sentenza qed ikun studjat fid-dettall, sabiex il-qafas regolatorju dwar iċ-ċittadinanza jkun konformi mal-prinċipji msemmija fis-sentenza. Fl-istess waqt, iżda, il-magna ta’ progaganda ta’ Kastilja qalet li tibqa’ “kburija” bil-bejgħ tal-passaporti.