Lokali Parlament

Jeħtieġ impenn solidali kontra l-ħela tal-ikel

Ivan Bartolo, PN

Ix-Shadow Minister għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli, il-Pensjonijiet u l-Ġlieda Kontra l-Faqar Ivan Bartolo nsista fil-parlament li jeħtieġ impenn solidali kontra l-ħela tal-ikel.

Ivan Bartolo qal li jixraq li l-pajjiż jieħu azzjoni u hu pożittiv li l-gvern issa se jieħu azzjoni biex jiżgura li l-ikel bħala riżorsa jitqassam bl-inqas ħela possibbli u li l-ebda ċittadin ma jkun imċaħħad minn ikel nutrittiv.

Hu qal li l-faqar irid ikun indirizzat mas-sigutà u kompla li l-gwerer jeffettwaw l-ikel u l-għal f’Malta. Id-deputat Nazzjonalista enfażizza l-importanza ta’ sistema sostenibbli tal-ipproċessar u konsum u tal-prodotti mediċinali biex tonqos id-dipendenza fuq pajjiżi oħra. Dan jista’ jsir b’ħidma flimkien mal-bdiewa, raħħala u roduttiuri aħjar.

Ivan Bartolo kompla li l-impatt negattiv tal-ħela tal-ikel fuq l-ambjent qed jiżdied minħabba diffikultajiet attwali u minħabba li Malta hi gżira. Malta mhijiex qed tilħaq il-miri stabbiliti għat-tnaqqis tal-iskart u għalhekk il-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel għandha tingħata prijorità.

Hu tkellem dwar it-tħaddim tar-raba’, l-użu tar-riżorsi limitati, il-ħela tal-ikel indirizzata mill-konsumatur, il-konformità, id-donazzjonijiet tal-ikel, il-konformità mal-politika tal-UE u l-kontinwazzjoni tax-xogħol tar-raba’.

Ivan Bartolo enfażizza l-importanza ta’ politika ambjentali, it-tibdil fil-klima, l-iżvilupp sostenibbli, l-irkupru tal-ikel żejjed, ir-rata ogħlja tal-persuni fil-faqar u l-funzjoni soċjali fost il-persuni bl-inqas dħul u diċenti. Hu tratta wkoll l-importanza tal-kampanja fl-iskejjel, stil ta’ ħajja li jevita l-ħela tal-ikel, iż-żieda tal-food banks, inizjattvi solidali mis-soċjetà u inċentivi pożittivi meħuda.

Ivan Bartolo qal li l-pajjiż għandu jevalwa l-ostakoli ewlenin dwar il-ħela tal-ikel u li jwettaq konsultazzjoni ma’ persuni esperti biex il-politika kontra l-ħela tal-ikel tkun tindirizza l-isfidi diretti. Jeħtieġ ma jkunx hemm rimi ta’ ikel fl-miżbliet u l-konsumtaur jagħmel deċiżjonijiet informati, sostna Ivan Bartolo.