Sport

Jitkomplew il-kampjonati tal-Blackball wara waqfa twila

Il-kampjonati tal-Blackball reġgħu tkomplew wara l-waqfa internazzjonali u anke l-festi tal-Għid bi programm sħiħ ta’ logħob.

Mill-kampjonat nazzjonali, il-leaders huma Ħamrun 147 A li f’darhom għelbu lil Jojo’s Birżebbuġa Żejtun 11-4. Fit-tieni post hemm Cospicua Rangers li kisbu rebħa faċli ta’ 11-0 kontra San Ġwann Boċċi. Sadanittant, Ħamrun 147 C rebħu 11-4 Domus Żejtun.

Fil-kampjonat reġjonali, Qormi Anici Boys żammew il-punt vantaġġ fil-klassifika wara li rebħu 11-5 lil San Ġwann Tiki Taka B, l-istess bħalma għamlu Birkirkara Boċċi li għelbu lil Qormi Anici Lions bl-istess skor.

Cospicua Rangers B u Qormi Pinto kisbu rebħiet dominanti ta’ 11-0 kontra Qormi Anici Stars u Birkirkara Juve rispettivament. L-istess għamlu San Ġwann Tiki Taka A u Qormi Pinto li wkoll irreġistraw l-istess skor kontra Birkirkara Juve u Qormi Anici Stars rispettivament.

San Ġwann Tiki Taka C u PL Balzan se jkunu qed jissieltu għar-rebħ tas-sezzjoni A tal-Community League.
San Ġwann għelbu lil Żebbuġ St Joseph 11-9, l-istess bħalma għamlu Qormi Anici Cappadocia fuq Attard Scorpions.

PL Balzan ġew sorpriżi minn Siġġiewi Montekristo 11-7 filwaqt li Selmun Sports Club B kisbu l-istess skor kontra PL Floriana.

Qormi Anici Calleja u Valletta Fossa Boys jinsabu jaqsmu l-ewwel post ta’ sezzjoni B tal-Community League. Il-Qriema rebħu 11-2 lil Selmun Sports Club C filwaqt li l-Beltin għelbu lil Mrieħel Billiard House 11-3.

Finalment, Qormi San Bastjan kisbu tliet punti importanti li tellgħuhom fit-tielet post hekk kif għelbu lil Gżira Titans 11-5.

KLASSIFIKA – KAMPJONAT NAZZJONALI

Ħamrun 147 A 25; Cospicua Rangers 24; Ħamrun 147 C 19; Jojo’s Birżebbuġa 18; Ħamrun 147 B, Selmun Sports Club A 12; San Ġwann Boċċi 4; Domus Kids Zejtun 3.

KLASSIFIKA – KAMPJONAT REĠJONALI

Qormi Anici Boys 30; Qormi Pinto, San Ġwann Tiki Taka A 29; Birkirkara Boċċi 20; San Ġwann Tiki Taka B Cospicua Rangers B 18; Qormi Anici Stars 12; Qormi Anici Lions 6; Birkirkara Juve 0.

KLASSIFIKA – COMMUNITY LEAGUE – Sezzjoni A

San Ġwann Tiki Taka C 27; PL Balzan 25; Siġġiewi Montekristo, Qormi Anici Cappadocia, Selmun Sports Club B, 16; Zebbuġ St Joseph 15; PL Floriana 8; Attard Scorpions 4.

KLASSIFIKA – COMMUNITY LEAGUE – Sezzjoni B

Qormi Anici Calleja Ltd , Valletta Fossa Boys, 25; San Ġwann Tiki Taka D, Qormi San Bastjan Boċċi 14; Selmun Sports Club C 10; Gzira Titans 4; Mrieħel Billard House 3.