Janice Chetcuti, PN
Ix-Shadow Minister għad-Drittijiet tal-Konsumatur u l-Ħarsien tal-Animali Janice Chetcuti qalet fil-parlament li l-annimali m’għandomx isofru tbatija fil-proċess tal-ikel.
Janice Chetcuti qalet li ż-żamma u t-trobbija tal-annimali fil-proċess tal-katina tal-ikel hu wieħed importanti u enfażizzat li kull annimali għandu jkun rispettat u ma jiffaċċjax tbatija jew stress żejjed.
Hi kompliet li waqt it-trobbija l-annimali għandu jkollhom ikel u ilma frisk, sistema ta’ saħħa bħala prijorità, ambjent adattat, spazji biżżejjed għall-annimali f’postijiet diċenti, ambjent li jżommhom kapaċi jgħixu fin-natura tagħhom u li ma jbatux.
Il-Kummissjoni Ewropea qed tesiġi dan kollu f’kull stat ta’ produzzjoni kemm għall-annimal innifsu kif ukoll għall-konsumtur li jkun jiekol dawn l-annimali fil-katina tal-ikel.
Janice Chetcuti tkellmet dwar it-trasport tal-annimali u l-importanza li l-annimali jkunu risettati f’dan il-proċess għaliex l-annimali għandhom l-emozzjonijiet tagħhom ukoll.
L-UE tinsisti li l-ispazji li fihom jinżammu l-annimali jiżdiedu, li t-trasport isir f’temperaturi xierqa, li jkunu trattati l-bżonnijiet individwali tal-annimali waqt it-trasport, li jkun hemm l-infurzar tal-liġijiet u li jitjiebu l-kundizzjonijiet tal-ivvjaġġjar. Malta għandha tlaħħaq ma’ dawn il-kundizzjonijiet u regoli, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li tinsab assigurata li fil-Biċċerija ta’ Malta qed jittieħdu l-azzjonjiet neċessarji.
Hi qalet li esperjenzat każ ta’ xi ħadd li ħalla l-annimali fit-trakk tul il-lejl quddiem il-biċċerija biex l-għada filgħodu jkun minn tal-ewwel. Minkejja dan il-każ, hi qalet li tinsab assigurta li llum dawn il-każi m’għadhomx iseħħu. Kien hemm hemm każ ieħor ta’ baqra li kienet f’sitwazzjoni diffiċli iżda flok ittieħdet il-biċċerija tħalliet f’għalqa tbati. Anki f’dan il-każ, illum hemm assigurazzjoni li dawn l-affarijiet m’għadhomx isiru u jekk isiru, jittieħdu azzjonijiet.
Id-deputat Nazzjonalista semmiet il-halal u qalet li d-Direttur tal-Biċċerija assiguraha li meta l-annimal jidħol fil-kartina tal-ikel, l-annimal qatt ma jkunx f’sensih u għalhekk ma jkunx qed ibati fl-aħħar mumenti ta’ ħajtu.
Id-deputat Nazzjonalista sostniet li serrħet rasha li l-annimal ikun mitluf minn sensih waqt il-proċess tal-halal. Janice Chetcuti sostniet li l-PN u għaqdiet tal-annimali huma l-uniku vuċi tal-annimali fil-pajjiż.
//= $special ?>