Il-Qorti Ewropea kkundannat l-iskema tal-Gvern Malti b’rabta mal-bejgħ tal-passaporti hekk kif sostniet li ċ-ċittadinanza Ewropea m’għandiex tingħata permezz ta’ tranżazzjoni kummerċjali.Dan ħareġ it-Tlieta filgħodu hekk kif il-Qorti Ewropea wasslet il-verdett tagħha b’rabta mal-iskema tal-bejgħ tal-passaporti, wara investigazzjoni li bdiet f’Lulju tal-2020.
Fi stqarrija, intqal li b’din l-iskema l-Gvern Malti kiser numru ta’ liġijiet Ewropej hekk kif passaport Malti ma jagħtix biss ċittadinanza Maltija iżda jagħti wkoll ċittadinanza Ewropea.
Intqal ukoll li b’din il-mossa l-Gvern mar kontra l-għanijiet tal-Ewropa għaliex iċ-ċittadinanza Ewropea hija bbażata fuq żewġ prinċipji fundamentali; fiduċja bejn l-istati membri u rikonoxximent tad-deċiżjonijiet li jittieħdu kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll fuq livell Ewropew.
Net News tkellem mal-kelliem tal-Qorti Ewropea Jaqcues Rene Zammit, illi saħaq li din is-sentenza kienet sentenza importanti u kruċjali – apparti li ħolqot interpretazzjonijiet ġodda fil-liġi Ewropea.
Apparti minn hekk, Jaqcues Rene Zammit spejga kif din is-sentenza elaborat hi dwar iċ-ċittadinanza Ewropea …u x’drittijiet toffri. U li għalhekk b’din l-iskema, il-Gvern kien qed immur kontra l-prinċipji ta’ lealtà.
Huwa qal ukoll li issa Malta wara dan il-verdett m’għandiex tkompli tħaddem din l-iskema. U f’każ li pajjiżna jibqa’ mhux konformi mal-liġijiet Ewropej ikollu jħallas multi.
//= $special ?>