Internazzjonali

Mark Carney jirbaħ l-elezzjoni ġenerali fil-Kanada

Il-Prim Ministru Kanadiż Mark Carney wiegħed li se jkun qed iżomm sod quddiem l-isfida kontinwa ta’ Donald Trump fuq pajjiżu.

Carney għamel din id-dikjarazzjoni wara li l-partit tiegħu rebaħ l-elezzjoni ġenerali tal-Kanada, bil-Partit Liberali jinsisti li din hija rebħa storika.

Meta indirizza lis-sostenituri tiegħu f’Ontario, Carney qal li Trump mhux se jirnexxielu jkisser lill-Kanadiżi.

Din l-elezzjoni bikrija kienet issejħet wara li l-Liberali kellhom ibiddlu lil-leader tagħhom, biex Mark Carney ħa post Justin Trudeau. Fil-fatt, Carney daħal bħala Prim Ministru proprju minflok Trudeau u rnexxielu jegħleb b’mod sorprentendi l-isfida tal-Partit Konservattiv.